Min kien l-akbar leġġenda?

Plejers leali lejn klabb wieħed ma fadalx. Dari dawn il-plejers kienu jissejhu bandieri tal-klabbs u kienu ta’ mudell għat-tfal u żgħażagħ kollha.
F’għajnejn id-dilettanti dawn kienu eroj u leġġendi u kienu rispettati mhux mill-partitarji tal-klabb tagħhom biss imma mill-isportivi kollha.
Illum għażilna 4 leġġendi ta’ klabbs Taljani, u nixtiequ mingħandkom inkunu nafu min taħsbu li kien l-aktar ta’ mudell għall-isportivi kollha.