Mingħajr il-flus tal-Presidenti l-klabbs Maltin falluti?

 Mingħajr il-flus tal-Presidenti l-klabbs Maltin falluti?

Ta’ kull sena nisimgħu li ċerti klabbs tal-futbol Maltin ikunu għaddejjin minn problemi finanzjarji. Is-sena l-oħra kellna l-każ ta’ Pembroke li rrifjutaw li jikkompetu fil-Premier u llum spiċċaw jilagħbu fl-amateur league.

Però kemm fil-verità l-klabbs tal-Premier huma b’saħħithom bħala finanzi? Kemm huma importanti l-isponsors u donazzjonijiet li jinħarġu mill-but tal-Presidenti?

Jekk wieħed jelimina d-dħul mill-but tal-President, il-klabbs Maltin ikunu jistgħu jkomplu jiffunzjonaw? Din is-sena kellna l-każ ta’ Gżira United fejn il-President Sharlon Pace għamilha ċara li ma setax jibqa’ jkun hemm l-istess ħruġ u spejjeż tant li dawk il-plejers li kien hemm talba għalihom spiċċaw inbiegħu.

Però mhux biss, nafu fiċ-ċert li hemm klabbs oħra li għaddejjin minn problemi finanzjarji u naħsbu li l-MFA għandha tidħol fil-fond ta’ dawn il-problemi biex il-league Malti ma jibqax jgħix fil-fantasija u f’bużżieqa li mal-ħin taf tinfaqa’ u l-konsegwenzi ma jkunu xejn feliċi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com