Putin jikkonferma li hemm armi nukleari fil-Belarus

 Putin jikkonferma li hemm armi nukleari fil-Belarus

l-President Russu Vladimir Putin qal li r-Russja stazzjonat l-ewwel armi nukleari tattiċi f’Belarus.

Il-President tar-Russja qal li se jintużaw biss jekk it-territorju jew l-istat tar-Russja jkunu mhedda.

Il-gvern Amerikan qal li m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-Kremlin qed jippjana li juża l-armi nukleari biex jattakka lill-Ukrajna.Il-Belarus hija alleata ewlenija tar-Russja u serviet bħala post minn fejn bdiet l-invażjoni ta’ Putin fl-Ukrajna fi Frar tas-sena li għaddiet.

Putin qal li t-trasferiment tal-armi nukleari tattiċi se jitlesta sal-aħħar tas-sajf.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com