4 penalties u tkeċċija kontra, bidu iebes għaż-żgħażagħ Maltin

 4 penalties u tkeċċija kontra, bidu iebes għaż-żgħażagħ Maltin

Fid-debutt taż-żgħażagħ Maltin fil-Kampjonat Ewropej tal-Under 19 ilbieraħ Malta ħarġet telliefa bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-qawwa Taljana. Il-goals ġew minn 3 penalties u auto goal kif ukoll it-Taljani fallew penalty. Lejn it-tmiem tal-ewwel taqsima l-Maltin jispiċċaw jilagħbu wkoll b’10 plejers fejn tkeċċa l-captain Jake Micallef.

Illum ikompli il-kampjonat b’żewġ logħbiet oħra fejn in-Norveġja tilgħab kontra l-Greċja u I-Iżlanda kontra l-favoriti Spanja. Fl-ewwel logħba tal-bieraħ il-Portugall tegħleb lill-Polonja bl-iskor ta’ 2-0.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com