Balzan jilagħbu fl-Ungerija kontra FC Neman Grodno tal-Belarus

 Balzan jilagħbu fl-Ungerija kontra FC Neman Grodno tal-Belarus

Wara li l-ġimgħa l-oħra Balzan F.C. eliminaw lil NK Domžale, illejla fit-tmienja ta’ filgħaxija, il-klabb Malti ser jilgħab kontra FC Neman Grodno tal-Belarus fil-grawnd newtrali f’Győr l-Ungerija. Din hija logħba tat-tieni rawnd tal-UEFA Conference League. Il-kampjonat fil-Belarus diġà beda u bħalissa FC Neman Grodno jinsabu fl-ewwel post wara erbatax-il logħba. B’hekk din il-logħba jaf toħloq daqsxejn ta’ sfida lit-tim Malti. Madankollu, wieħed jittama li Balzan F.C. jerġgħu jilagħbu logħba mill-aqwa bħalma għamlu kontra NK Domžale u jiksbu riżultat tajjeb sabiex il-ġimgħa ta’ wara, jerġgħu jilqgħu lill-klabb mill-Belarus fil-grawnd taċ-Ċentinarju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com