Balzan jitilfu barra minn darhom

 Balzan jitilfu barra minn darhom

Ilbieraħ,Balzan F.C. f’Alcufer Stadium, l-Ungerija, ħarġu telliefa kontra FC Neman Grodno tal-Belarus, bl-iskor ta’ 2-0 fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Conference League. Għal Balzan, din kienet logħba diffiċli ħafna għaliex Neman Grodno kienu aktar perikolużi u setgħu anka kabbru l-iskor. Sabiex jgħaddu għat-tielet rawnd, Balzan F.C. iridu jerbħu bi tliet gowls differenza jew inkella jittamaw li jispiċċaw b’żewġ gowls differenza u jmorru għall-għoti tal-penalties. It-tieni leg jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com