Bħal-lum ġimgħa t-tiġrija taż-żgħażagħ u barklori

 Bħal-lum ġimgħa t-tiġrija taż-żgħażagħ u barklori

Bħal-lum ġimgħa ġewwa l-bajja tar-Rinella l-Kalkara se tkun organizzata għal darba’oħra r-regatta tradizzjonali għal żgħażagħ ta’ taħt is-19-il sena.

Din it-tiġrija tattira interess kbir fost id-dilettanti peress li minn din il-kompetizzjoni dejjem ħarġu qaddiefa ġodda u li wara ftit snin qadfu fil-kompetizzjoni open u rebħu l-unuri. Fl-istess ħin dejjem ikun hemm stennija għal din ir-regatta peress li kif ħafna jafu l-kompetizzjoni speċjalment bejn l-ibliet tal-Kottonera hija waħda vivaċi ħafna.

Sa issa 4 distretti huma konfermati li se jieħdu sehem li huma Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara. Ħafna qed jistennew kompetizzjoni ħarxa bil-favoriti jerġgħu jkunu r-rebbieħa tas-sena l-oħra l-Isla u d-distrett ta’ Bormla li fl-aħħar ħin akkwistaw il-qaddief Mel Magro li ħafna jqisuh diġà bħala qaddief stabbilit.

Dakinhar ukoll apparti t-tiġrijiet tradizzjonali jkun hemm ukoll it-tiġrija tal-barklori fejn din tkun opra tal-pass b’qaddief wieħed biss.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com