Fejn hija d-dixxiplina? Fejn hu r-rispett? Fejn spiċċaw il-valuri tal-Maltin?

 Fejn hija d-dixxiplina? Fejn hu r-rispett? Fejn spiċċaw il-valuri tal-Maltin?

F’dawn l-aħħar snin ħafna jikkummentaw li sirna poplu tax-xejn mhu xejn. Dawk il-valuri li fis-snin passati konna ngħixu, illum ma għadhomx moda. Biex ngħidu kollox, fadal ftit li għadhom jgħixu skont il-valuri li aħna l-Maltin tant konna ngħożżu però dawn huma fil-minoranza. Ħafna jabbinaw din it-trend għax qed inżommu ’l bogħod mir-reliġjoni, qabel kont tibża’ taġixxi jew iġġib ruħek ħażin, illum xejn mhu xejn.

 

Riżultat ta’ dan kollu qed naraw ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ u koppji ġenituri li żgur mhux qed iġibu ruħhom kif sippost, żgħażagħ li jfittxu dak li ma jagħtihomx il-paċi, żgħażagħ u ġenituri li l-apparenza hija ta’ prijorità għalihom fuq kollox u fuq kulħadd. Permezz tal-midja soċjali llum nistgħu nosservaw kemm hawn Maltin li s-sistema tal-edukazzjoni falliethom. Fuq il-midja soċjali llum qed naraw kemm in-nies jużaw dawn il-mezzi biex iweġġgħu lil ħaddieħor.

 

Hemm bżonn isir xi ħaġa llum qabel għada. Il-liġijiet li jiddaħħlu f’ġieħ il-progess u l-libertà, jista’ jkun li kellu effett fuq dan kollu, bħalma kellha effett sistema edukattiva falluta, sistema edukattiva tal-pappagalli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com