Fil-veru sens tal-kelma, L-internet laħaq is-smewwiet

 Fil-veru sens tal-kelma, L-internet laħaq is-smewwiet

L-ajru u l-5G

Ilkoll nafu kemm f’dawn l-aħħar snin l-ajruplani qegħdin javvanzaw teknoloġikament. Illum il-ġurnata, meta jkun hemm titjira fit-tul, tista’ ssegwi xi film sabiex ma tarax il-ħin għaddej.

 

Riċentament, il-Kummissjoni Ewropea stqarret li għal titjiriet fl-Ewropa, ser ikun possibbli li l-mobile jaqbad mal-5G network u b’hekk, waqt it-titjira tista’ tkompli tuża l-mobile normali bħalma tużah fil-ħajja ta’ kuljum. Dan kollu ser jaħdem permezz tal-imsejħa picocell li bis-saħħa ta’ satellita tkun tista’ tqabbad l-ajruplan u n-network. Permezz ta’ din l-invenzjoni, wieħed jista’ jippjana x’se jagħmel malli jasal fil-pajjiż u anki jirriċerka. Nies li jivvjaġġaw fit-tul ser ikunu kapaċi jikkomunikaw ma’ tad-dar madankollu, uħud jibżgħu li jekk ħafna jużaw il-mobile biex iċemplu, ser ikun hemm kaos fuq l-ajruplan sforz l-ispazju limitat li għandu.

Ħafna nies jistqarru li titjira fuq ajruplan hija rilassanti għax il-mobile jibqa’ fil-baskett u b’hekk ħafna jgħaddu l-ħin billi jaqraw xi ktieb u saħansitra jikkomunikaw mal-passiġġieri l-oħra. Huwa fatt magħruf li l-mobile jwassal għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ma’ dawk ta’ madwarek u għalhekk, uħud jibżgħu li minħabba dan, il-komunikazzjoni fuq l-ajru ser tonqos ukoll.

U int, x’taħseb dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com