Gżira jgħaddu għat-tieni round

 Gżira jgħaddu għat-tieni round

Gżira jgħaddu għat-tieni round u Birkirkara eliminati.

Gżira United għal darba ohra rnexxielhom jgħaddu għar-round li jmiss tal-UEFA Conference League meta ġo Belfast irnexxielhom jeliminaw lil Glentoran permezz tal-għoti tal-penalties wara maratona ta’ 14-il penalty. Sad-90 minuta l-iskor kien jaqra ta’ 1-1. Issa Gżira jaffaċċjaw lil F91 Dudelange tal-Lussemburgu.

Fil-logħba l-oħra Birkirkara ġew megħluba bl-iskor ta’ 2-1 minn Maribor tas-Slovenja. Birkirkara li kellhom bżonn rebħa bdew il-logħba fuq nota pożittiva meta rnexxielhom imorru anke minn fuq permezz ta’ penalty ta’ Yannick. Gowl fit-80 u 88 minuta dawru r-riżultat għas-Sloveni biex il-Karkarizi sfaw eliminati minn din il-kompetizzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com