Il-Ħamrun jirbħu!

 Il-Ħamrun jirbħu!

Ilbieraħ, Joseph Mbong spiċċa l-eroj ta’ Ħamrun Spartans F.C. meta fl-aħħar 10 minuti tal-logħba, huwa skorja żewġ gowls: wieħed minnhom eżatt mal-aħħar suffara. Issa Ħamrun se jmorru fi Tbilisi u jinsabu favoriti li jgħaddu għar-rawnd li jmiss.

Kienet logħba bilanċjata li għal ħafna ħin, kienet maqsumaf’nofs il-grawnd. Madankollu, fit-tieni taqsima, il-logħba ħadet xejra oħra għaliex kien hemm tliet gowls li għamlu l-logħba interessanti. Kienu Dinamo li marru fil-vantaġġ fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima però Joseph Mbong u t-tim kollu tal-Ħamrun ma qatgħux qalbhom u b’gowl fit-80 minuta u ieħor fit-98 minuta, dawru r-riżultat għal dak ta’ 2-1.

Nhar il-Ħamis, 3 t’Awwissu, jintlagħab ir-ritorn f’Georgia.

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com