Illejla d-debutt ta’ Ħamrun fiċ-Champions League

Illejla l-klabbs Maltin jagħmlu d-debutt tagħhom fil-kompetizzjonijet Ewropej biċ-Champions Ħamrun Spartans jilagħbu kontra ċ-Champions ta’ Israel Maccabi Haifa ta’ Iżrael.
Għall-Ħamrun li kienu attivi fis-suq tat-trasferimenti l-logħba tal-lum hija test importanti ħafna biex wieħed jara jekk it-tim telax dik it-tarġa mixtieqa.
Tajjeb wieħed jgħid li jekk Ħamrun jinqalgħu minn dan ir-round awtomatikament imorru jilagħbu fit-2 round tal-Europa League fejn wieħed hemm jittama li l-klabb Ħamruniż tidħaklu l-polza.
Il-logħba se tintlagħab ġewwa l-grawnd taċ-Ċentinarju fit-8 ta’ filgħaxija.