Int iddejqek ir-riħa tal-ħaxixa?

 Int iddejqek ir-riħa tal-ħaxixa?

“X’riħa ta’ ħaxixa ġejja…”

Ħafna persuni qed ilissnu dan meta jkunu fi spazji miftuħa. F’Diċembru tal-2021, f’Malta ġie legalizzat l-użu rikreazzjonali b’mod personali tal-cannabis u b’hekk, dan il-pajjiż huwa l-ewwel wieħed fl-Ewropa li wettaq dan.

Però, għalkemm il-liġi tagħtik permess biex tpejjep ġewwa darek, ħafna qed jieħdu vantaġġ minn din il-liġi u jpejpu f’postijiet pubbliċi anke jekk ikun hemm il-familji bit-tfal. Din ir-riħa kapaċi ddejjaq lil ħafna u xi nies stqarrew li s-sitwazzjoni ma tinsabx taħt kontroll. Minħabba dan in-nuqqas, it-tipjip tal-ħaxixa qed ikun regolari fi spazji miftuħa, anki jekk f’dawn l-istess spazji jkun hemm xi persuni oħra.

U int, ġieli kien hemm xi ħadd ħdejk li pejjep il-ħaxixa? U wara kollox, lilek iddejqek ir-riħa?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com