KIF TISTA’ TIXROB AKTAR ILMA?

 KIF TISTA’ TIXROB AKTAR ILMA?

L-ilma huwa bżonjuż tul is-sena kollha, iżda f’din is-sħana huwa ferm aktar importanti li tixorbu ta’ spiss.

Fil-ġisem tagħna, għandna mas-60% ilma. Fil-fatt, l-ilma għandu funzjonijiet importanti bħal: li jassisti għar-reazzjonijiet tal-metaboliżmu u jieħu ħsieb il-luricates tissues bħall-għajnejn u l-joints. Apparti dan, huwa jirregola t-temperatura tal-ġisem li jipprovdi minerali u bihom jibnu materjal għaċ-ċelloli tagħna.

 

Illum qed ngħixu ħajja mgħaġġla u għalhekk, wieħed sar jinsa jixrob jew ma jkunx motivat biżżejjed li jixrob minn tal-inqas żewġ litri kuljum. Minħabba dan, wieħed jista’ jesperjenza uġigħ ta’ ras: sintomu komuni għal min ma jixrobx biżżejjed ilma.

 

Hawn taħt għandek issib xi suġġerimenti dwar kif tista’ timmotiva ruħek sabiex tixrob iktar ilma:

  1. L-użu ta’ Smart Water Bottle li jgħidlek x’ħin tista’ tixrob permezz ta’ applikazzjoni
  2. Żid xi ingredjenti bħal ħjara jew nagħniegħ sabiex ikollok togħma friska
  3. Fil-bidu tal-ġurnata ikteb kemm tixtieq tixrob dakinhar sabiex tul il-ġurnata, timmira għal dak l-ammont.
  4. Permezz tal-mobile, tista’ toħloq tfakkiriet (reminders) mill-applikazzjoni tal-arloġġ
  5. Ixrob tazza ilma meta tnaqqar xi ħaġa
  6. Kul ikel li fih ammont ta’ ilma bħad-dulliegħ, il-kaboċċi u l-karfus.

 

Ixrob kemm tiflaħ ilma għax b’hekk tkun qed tgħin lilek innifsek, speċjalment fi ġranet sħan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com