L-Italja rebbieħa tal-kampjonat ta’ taħt is-19-il sena

 L-Italja rebbieħa tal-kampjonat ta’ taħt is-19-il sena

L-Italja ta’ taħt is-19-il sena champions tal-Ewropa.

Fil-finali li ntlagħbet ilbieraħ ġewwa il-grawnd nazzjonali ta’ Ta’ Qali quddiem 6 elef spettatur it-tim nazzjonali Taljan għeleb lil dak Portugiż bl-iskor ta’ 1-0.

Kienet rebħa meritata għall-azzurri fejn iddominaw għal ħin twil u kien biss lejn l-aħħar li kien hemm reazzjoni Portugiża.

L-aħħar darba li t-Taljani rebħu dan il-kampjonat kien 20 sena ilu bil-finali tkun kontra l-istess Portugall.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com