Min se jerbaħ il-kampjonat tas-sajf?

 Min se jerbaħ il-kampjonat tas-sajf?

Bħalissa għaddej il-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo, kompetizzjoni li tiġbed interess kbir fost il-Maltin.

Jidher ċar li fit-taqtigħa għall-play offs San Ġiljan, Neptunes u Sliema għandhom posthom ċert filwaqt se jkun hemm battalja bejn Sirens u Valletta.

Il-klassifika proviżorja sa issa ssib lil San Ġiljan u Neptunes indaqs fl-ewwel post, segwiti minn Sliema ’l bogħod 4 tulijiet.

Għalkemm il-kampjonat regolari fadallu xahar ieħor biex jintemm, wieħed jistenna d-data ta’ 23 ta’ Awwissu biex jibdew is-semifinali tant mistennija biex fl-aħħar ikollna kkurunat iċ-Champion Malti tal-waterpolo.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com