Qassisin miżżewġa Progress jew rigress?

 Qassisin miżżewġa Progress jew rigress?

Huwa fatt magħruf li f’Malta hawn problema bil-vokazzjonijiet l-aktar, dawk reliġjużi. Illum, ċerta parroċċi qiegħed ikollhom biss qassis jew tnejn u f’ċerta inħawi, il-qassisin ikunu assenjati żewġ lokalitajiet flok waħda minħabba n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet.

F’dari, is-sitwazzjoni kienet differenti għaliex il-parroċċi kienu attivi ħafna, saħansitra, kienu jagħmlu kemm xogħol pastorali kif ukoll xogħol ieħor ta’ amministrazzjoni. Madankollu, illum il-ġurnata s-sitwazzjoni nbidlet u n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-knejjes qiegħda tinħass.

Ċerta nies ta’ fidi wisq jibżgħu li l-knisja għad tispiċċa mingħajr qassisin, b’riżultat li l-knejjes tagħna jkollhom jingħalqu darba għal dejjem. Għalhekk, dan l-aħħar daħal il-ħsieb dwar jekk għandniex ikollna qassisin miżżewġa joperaw fil-knejjes tagħna. Għal xi wħud, dan ifisser pass ’il quddiem madankollu, uħud jemmnu bis-sħiħ li dan kollu jmur kontra t-twemmin tal-knisja.

U int, x’taħseb dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com