Traġedja evitata, min se jerfa’ r-responsabbiltà?
Ilbieraħ fil-grawnd taċ-Ċentinarju Ħamrun kienu megħluba bl-iskor ta’ 4-0 minn Maccabi Haifa ta’ Iżrael però l-aħbar li lbieraħ daret mal-Ewropa kollha ma kienx ir-riżultat imma s-sospensjoni tal-logħba għal diversi minuti minħabba l-imġiba tal-partitarji ta’ Maccabi.
Dawn il-partitarji li wħud minnhom huma meqjusa bħala high alert bdew igarraw gassijiet fil-pitch fejn anke saret ħsara u anke lejn partitarji ta’ Ħamrun li kienu qed jaqsmu s-side magħhom.
U hawn iqumu ħafna mistoqsijiet jekk ma sarux risk assessments kienx safe li tpoġġi lill-partitarji ta’ Maccabi ma’ dawk ta’ Ħamrun fejn anke kien hemm familji u jkunu mifruda biss minn barriers. Ilbieraħ setgħet saret traġedja u ħafna nies iridu jirrispondu għal min ta permess biex din il-farsa setgħet isseħħ.