Waħda mill-aktar Tradizzjoni interessanti… il-Ġostra!
Il-Ġostra tmur lura lejn il-Medju Evu, il-logħba tal-Gostra Maltija huwa maħsub li ħarġet mil-logħba Naplitana tal-arblu tal-Cockaigne.
Fejn tista’ ssib Il-Ġostra?
F’dawn il-jiem, tista’ ssib il-Ġostra l-Imsida u San Ġiljan, għal unur ta’ San Ġużepp u ta’ San Ġiljan rispettivament. Irġiel kuraġġużi jagħmlu kju biex jippruvaw jiġru tul l-arblu biex jaqbdu waħda mill-bnadar mixtieqa. Inevitabbilment ħafna kontestanti jaqgħu fil-baħar, u b’hekk din l-attivita’ toħloq atmosfera ta’ gost u divertiment!