3 Cleaning Hacks
Hawnhekk għandkom issibu l-aħħar ftit pariri għall-kċejjen tagħkom.
- Meta jkollok ikel li għandu riħa qawwija bħal ngħidu aħna tewm, ħut u basal, dellek ma’ jdejk il-meraq tal-lumi u l-melħ biex b’hekk ma jkollokx dik ir-riħa b’saħħitha.
- Waqt li qed issajjar, żomm kontenitur ħdejk sabiex tarmi fih. B’hekk, tevita milli toqgħod tmur tarmi kull darba u minflok, tarmi kollox f’daqqa kif tlesti minn kollox.
- Jekk ikollok frott li għadu mhux misjur, itfagħhom f’borża kannella tal-karti u magħhom, itfa’ l-banana. Agħlaq kollox u itfagħhom f’post frisk u mdallam. Wara ftit jiem dawn ikunu saru.