5 postijiet li għandek issiefer fihom din ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa huwa wieħed mill-aqwa staġuni li tista’ ssiefer fih fl-Ewropa. Normalment il-postijiet ikunu iktar kwieti, u l-prezzijiet ikunu rħas.
Dawn li ġejjin huma 5 postijiet li għandek issiefer fihom din ir-rebbiegħa:
1.Plitvice Lakes National Park
Dan il-park nazzjonali jinsab fil-Kroazja ta’ Fuq, fejn Żagreb. Huwa l-eqdem u l-ewwel park nazzjonali, u sit tal-wirt dinji tal-UNESCO. Is-16-il lag u l-kulur tagħhom, jagħmlu lil dan il-park speċjali.
2. Santorini
Santorini iżola fil-Greċja. Din hija famuża l-iżjed għax-xenarju li jkun hemm f’inżul ix-xemx u l-arkitettura pittoreska. Kif tistgħu timmaġinaw, din id-destinazzjoni hija popolari fix-xhur tas-sajf, u għalhekk tajjeb li tmur fir-rebbiegħa għal iżjed kwiet u paċi.
3. Praga, Repubblika Ċeka
Dan il-post huwa mdawwar bil-parks li għal min iħobb il-fotografija huwa ideali. Is-soltu dan il-post jara ħafna nies fix-xhur tas-sajf u fil-Milied, għalhekk għal vaganza iżjed kwieta, Praga huwa post ideali.
4. Bohemian Switzerland National Park
Dan il-park sabiħ ħafna għal mixi u biex tesplora Edmund Gorge. It-temperaturi jkunu iżjed baxxi, u jkollok ċans tara kuluri mill-isbaħ joħorġu.
5. Vjenna
Vjenna, wieħed mill-isbaħ postijiet fl-Ewropa u ta’ spiss tiġi vvotata bħala l-aqwa post li tista’ tgħix fih. Fost l-isbaħ postijiet, Schönbrunn Park, Kahlenberg, u spazji oħra miftuħa.