Balzan Eliminati

Ilbieraħ Balzan F.C., sfaw eliminati mit-tieni rawnd tal-UEFA Conference League meta fil-grawnd taċ-Ċentinarju huma spiċċaw fi dro ta’ 0-0 kontra Neman Grodno tal-Belarus. Kienet logħba bilanċjata fejn Balzan F.C. għal xi mumenti, kellhom l-okkażjonijiet tagħhom però, it-tim mill-Belarus għaraf jikkontrolla lill-Maltin u issa ikun dan it-tim li jilgħab fit-tielet rawnd ta’ din il-kompetizzjoni.
Balzan F.C. jitfgħu l-konċentrament tagħhom għall-kampjonat fejn huma mistennija li se jkunu minn dawk li se jisfida għall-unuri.