Battalja fi Tbilisi għall-Ħamruniżi

Illejla Ħamrun Spartans ġewwa l-Boris Paichadze Dinamo Arena ta’ Tbilisi jilagħbu kontra Dinamo Tbilisi fejn wara r-rebħa ta’ 2-1 ġewwa Ta’ Qali jippruvaw jiksbu riżultat ieħor pożittiv biex ikomplu l-mixja tagħhom fil-UEFA Conference League.
Għall-Ħamrun dan se jkun konfront diffiċli peress li mistennija jattendu ‘l fuq minn 25 elf partitarju ta’ Dinamo għal din il-logħba u żgur li l-Ħamruniżi jridu joħorġu l-karattru tagħhom u mqar jiksbu riżultat ta’ draw li jfisser li l-ġimgħa d-dieħla jilagħbu fit-3 round tal-kompetizzjoni.
Ritratt: Ħamrun Spartans Football Club