Bl-arti tiegħi nfakkar lin-nies fuq il-kreatturi li qed neqirdu aħna stess

 Bl-arti tiegħi nfakkar lin-nies fuq il-kreatturi li qed neqirdu aħna stess

“Bl-arti tiegħi nfakkar lin-nies fuq il-kreatturi li qed neqirdu aħna stess” Jekk ix-xahar li għadda kont ir-Ramla l-Ħamra, stajt tilmaħ skultura ta’ fekruna. Dan kien ix-xogħol tal-artist Raphael Mizzi, li ried li bl-arti tiegħu fejn il-baħar jgħaddi messaġġ.

“L-ewwel bdejt billi għamilt il-kreattura tal-bumerin. Dan kien jiffrekwenta l-ibraħ Maltin. Xtaqt nagħmlu biex infakkar lin-nies li dan kien jabita fi gżejjer tagħna. Imma minħabba t-tniġġis, ma għadux jersaq lejn Malta. Wara għamilt il-fekkruna biex norbotha mal-fekkruna li telgħet tbid, ir-Ramla l-Ħamra. Jiena qatt ma rajt fekkruna fil-baħar, ħlief darba rajt waħda mdaħħla fil-blat. Veru qed tonqos il-popolazzjoni tagħhom. B’hekk in-nies għandhom iċ-ċans li jaraw fekkruna bl-arti tiegħi fejn il-baħar.”


Jispjega kif ħafna nies jiġu jaraw x’qed jagħmel, u t-tfal jiġu ħdejh b’ħalqhom miftuħ daqskemm jibqgħu impressjonati.“Ġiet tifla ħdejja u tajtha ballun żgħir f’idejha. Wara li rajt il-fekkrun li għamilt, b’dak il-ballun li tajtha bdiet tagħmel iż-żgħar tal-fekkruna. fil-baħar, tara waħda.”

Din l-arti tieħu l-ħin, tant li fuq il-fekkruna dam mal-14-il siegħa, u ssir biss mill-affarijiet li ssib madwaru. “Din l-arti nipprova noħloqha mill-affarijiet li nsib madwar; iċ-ċagħaq, materjal bħal alka, ħaxixa, tafal u ramel.

 

L-arti tiegħi meta tinżel terġa’ tmur lura fin-natura. B’hekk ma nkun ħloq l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent. B’din l-arti nfakkar li dawn il-ħlejjaq qed jinqerdu kawża tagħna; bit-tniġġis u l-plastik.”
Jagħlaq billi jgħidilna li din l-art turina li l-arti tista’ ssir mix-xejn. “Ma għadux għalfejn ikollok studio, tonfoq il-flus. Issib l-affarijiet ta’ madwarek u tesperimenta bihom u ssebbaħ il-bajja mill-affarijiet li ssib madwarek.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com