Filmati ta’ sewqan perikoluż

 Filmati ta’ sewqan perikoluż

L-inċidenti fit-toroq ilhom kważi minn dejjem magħna. Il-karozzi huma mezz ta’ trasport importanti fil-ħajja ta’ kuljum u peress li dawn huma misjuqa minn umani, huwa normali li wieħed jiżbalja u jkollu inċident tat-traffiku. Naħseb kulħadd huwa tal-fehma li dan huwa aċċettabbli, però, żgur mhuwiex aċċettabbli li ċertu sewwieqa jitkessħu fit-toroq tagħna u b’riżultat ta’ dan, iseħħu xi diżgrazzji li jinkludu ġrieħi gravi jew saħansitra mwiet.

Fid-dinja moderna tal-lum, it-teknoloġija u l-midja soċjali huma xi ħaġa li ġġorrhom miegħek ta’ kuljum. Ħafna drabi, dan it-tip ta’ sewqan ikun miġbud minn xi mobile phone u wara, dlonk jittellgħu l-filmati fuq il-midja soċjali. Dan l-aġir mhux kulħadd jaqbel miegħu u wieħed jista’ jarah mill-kummenti li jkun hemm. Dawk favur dawn it-tip ta’ filmati jgħidu li b’hekk wieħed joqgħod iktar attent u jsuq kif suppost però oħrajn jaħsbu li mhux sew li wieħed ixandar mal-erbat irjieħ filmat ta’ persuni privati. Oħrajn huma tal-fehma li kulħadd għandu dritt jgħix kif irid. Lilna, din ir-risposta tbeżżagħna ħafna għaliex vera li kulħadd għandu dritt jgħix kif irid però, m’għandekx tpoġġi lil ħaddieħor f’periklu.

U int x’taħseb? Taqbel li dawn il-filmati jiġu mxandra biex wieħed imiss il-kuxjenza?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com