Illum il-jum nazzjonali tal-klieb għomja

Klieb għomja huma bħal kull grupp ieħor ta’ annimali b’diżabilità. Ġeneralment ikunu b’saħħithom, però hemm każijiet fejn ikun hemm bżonn ta’ gwida u probabbilment espert biex iħarrġuhom sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw minkejja li ma jkollhomx vista.
Hemm diversi fatturi li jaffettwaw u jiddeterminaw il-vista fil-klieb, u dawn ivarjaw minn mard sax-xjuħija. L-aktar kundizzjonijiet mediċi komuni li jwasslu l-klieb għal nuqqas ta’ vista huma bħal katarretti, glawkoma, atrofija progressiva tar-retina, u deġenerazzjoni tar-retina miksuba f’daqqa (SARDS).