It-tindif bl-irħis
F’din is-sensiela ser issib ingredjenti li faċilment issib id-dar u li tista’ tużahom biex tnaddaf. Jekk taf xi oħra minn dawn, iktbilna fil-kummenti.
- Iż-żejt taż-żebbuġa u l-borma
Iż-żejt taż-żebbuġa għandu ħafna benefiċċji fosthom għat-tindif. Jekk għandek xi taġen jew borma li qtajt qalbek li ġġibhom kif kienu xi darba, aqbad ftit żejt ta’ dan it-tip u ogħrok sakemm jitlaq il-ħmieġ kollu.
- Il-lumi u l-iskart
Permezz tal-lumi tista’ tnaddaf l-iskart u tneħħi r-riħa mhux daqstant pjaċevoli. Aqsam il-lumija f’erbgħa u ixħithom fejn ikollok l-iskart tiegħek biex b’hekk jitnaddaf u titlaq ir-riħa.
- Il-vodka u t-tapit
Le, mhux se ngħidlek biex tixorbu. Il-Vodka tista’ tużah biex tneħħi xi tbajja’ minn fuq it-twapet jew materjal ieħor li mhux daqstant faċli tneħħih.
- Sapun tal-leħja għad-doċċa
Permezz tas-sapun tal-leħja, tista’ tneħħi d-dmugħ tal-ilma li jakkumula mal-ħġieġa tad-doċċa. Poġġi dan is-sapun tal-leħja u ħallih madwar 15-il minuta. Wara, laħlaħ kollox.