Jibda l-futbol Ingliż

 Jibda l-futbol Ingliż

Fl-aħħar wasal!

Il-futbol internazzjonali reġa’ magħna u dan il-weekend se jibda l-Premier League tal-Ingilterra. Għad-dilettanti Maltin, dan huwa nifs frisk f’sajf jaħraq daqs in-nar u dan il-weekend, għajnejn id-dilettanti żgur se jkunu fuq it-televiżjoni biex isegwu xi logħba jew tnejn.

Wara li s-sena l-oħra Manchester City rebħu l-kampjonat fl-isprint tal-aħħar fuq l-Arsenal, jidher li din is-sena hemm ċans li naraw kampjonat naqra aktar bilanċjat. Il-favoriti jibqgħu Manchester City bit-taqtigha tkun mar-rivali dejjiema Manchester United. L-istess Arsenal li rebħu ċ-Charity Shield il-weekend li għadda fuq is-City, jibdew ukoll bħala kandidati għar-rebħa finali segwiti minn Liverpool li ġejjin minn kampjonat diżappuntanti. Wieħed irid jara wkoll Chelsea kif se jirrispondu wara li s-sena l-oħra spiċċaw ’l isfel fil-klassifika.

Festa ta’ futbol waslet biex tibda. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com