“Kelli inċident u sibt l-għassa magħluqa”

 “Kelli inċident u sibt l-għassa magħluqa”

Residenti ta’ San Ġwann jinsabu rrabjati dwar l-għassa li bħalissa tinsab magħluqa.
Persuna residenti San Ġwann tkellmet dwar l-inċident li kellha.
“Kelli ħabta bil-karozza u tqajjem argument għax ma qbilniex fuq min għandu t-tort, u bdiet teskala. L-għassa sibnieha magħluqa u kellna ninżlu għassa barra mil-lokalità għal rapport.”
Bħalissa l-għassa qed tiġi restawrata u għaldaqstant San Ġwann ma għandhiex għassa miftuħa l-ġurnata kollha għas-sigurtà tar-raħal.
“Qabel ma beda x-xogħol, ukoll kellna problema għax l-għassa mhux dejjem tkun miftuħa. Jekk issir serqa jew argument, irridu nistennew pulizija jiġu minn raħal ieħor? Jeżistu l-pulizija tal-komunità imma filgħaxija fejn se nsibhom?”

Inti tgħix f’raħal fejn qabel kien hemm għassa? Tħossok sigura fir-raħal tiegħek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com