kif inhi l-proċedura? Kemm hawn nies li qegħdin f’din is-sitwazzjoni?
Xtrajt on plan u t-triq kienet għadha mhux lesta. Tifhimha, għalkemm f’ċerti pajjiżi ssir bil-kontra.
L-ewwel issir it-triq bis-servizzi kollha neċessarji biex b’hekk kemm jitqabbdu ladarba jsir ix-xogħol.
Imbagħad telgħet il-blokka u int tistenna li ladarba s-servizzi issa ġew mgħoddija mela allura jmiss li
ssir it-triq, iżda mbagħad tiskopri li din mhux se ssir għalissa!
Allura nistaqsu, kif inhi l-proċedura? Kemm hawn nies li qegħdin f’din is-sitwazzjoni? Jista’ jkun li fit-triq ikun hemm partijiet li ma jinbigħux qabel snin, allura ċ-ċittadin irid jibqa’ bit-triq magħluqasakemm tinbiegħ kollha? Min hu responsabbli?
Il-kunsilli milli jidher m’għandhomx say, għax qisu l-kunsilli tagħna x-xogħol tagħhom huwa l-ġbir tal-iskar xi ċerimonji matul is-sena u permessi biex iġġib crane. Bħala Strada Rjali xogħolna huwa li nwasslu leħen dawk li għajjew jistaqsu ftit iktar ’il bogħod. Għalissa se nieqfu hawn, però nwegħdukom li fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed nidħlu iktar fil-fond dwar dan is-suġġett forsi nsiru nafu eżatt il-pjan, jekk dejjem hemm ta’ kif isiru dawn l- affarijiet, ħalli min ilu xi 5 snin jistenna t-triq almenu jkollu xaqq ta’ dawl meta se jeħles mit-trab u t-tajn li jkun hemm quddiemu.