Kun kuntent/a bik innifsek! Ħu ritratt wieħed għall-memorja u l-bqija, għix il-mument.

 Kun kuntent/a bik innifsek! Ħu ritratt wieħed għall-memorja u l-bqija, għix il-mument.

Għal dak ir-ritratt tajjeb, wieħed lest li jagħmel diversi affarijiet b’riskju li jweġġa’. U x’tieħu minn dan kollu?

Diversi studji xjentifiċi sabu li għalkemm il-midja soċjali kapaċi tirrilassa lil dak li jkun, dawk li jtellgħu l-kontenut fuq il-pjattaforma tagħhom, ikollhom tilja ansjetà. Dan għaliex, sakemm jibdew jirċievu l-kummenti tan-nies u jżidu fis-segwaċi, ma joqogħdux bi kwiethom. B’riżultat ta’ dan, meta huma jieħdu r-ritratt, il-mument ma jkunx jista’ jitgawda għaliex ikun moħħhom dwar hux se jintgħoġbu.

Studju ieħor li sar minn Wick u Keel wera li meta wieħed jirranġa r-ritratti li jkun ħa, mentalment, ikun hemm effett negattiv. Huma skoprew li meta persuna qiegħda tirranġa r-ritratt tagħha, ifisser li ma taċċettax lilha nfisha u minflok, tħossha iktar ħażin. Dan m’għandux ikun il-każ, madankollu, din hija xi ħaġa komuni, speċjalment għal xi mudelli popolari. Il-midja soċjali kapaċi tqarraq għaliex b’poża u ċertu editjar, persuna tista’ tidher mod mentri fil-verità tkun mod ieħor.

Minn hawnhekk, parir wieħed nagħtik. Kun kuntent/a bik innifsek! Ħu ritratt wieħed għall-memorja u l-bqija, għix il-mument.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com