Milan Inter Napoli u Verona bla telfa , Juventus ser jisfidaw?

 Milan Inter Napoli u Verona bla telfa , Juventus ser jisfidaw?

Ilbieraħ għalaq it-tieni rawnd tas-Serie A, il-kampjonat Taljan tal-futbol u għalkemm l-istaġun għadu fil-bidu tiegħu, wieħed jista’ jibda jieħu idea ta’ dak li se naraw matul dan l-istaġun.

Inter, Milan, Napoli u Verona rnexxielhom jirbħu ż-żewġ logħbiet li lagħbu u għalhekk, jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika segwiti minn Juventus, Fiorentina u Lecce. Fin-naħa t’isfel tal-klassifika nsibu lil Lazio, Empoli u Sassuolo mingħajr ebda punt.

Wieħed jista’ jinnota l-wirjiet pożittivi ta’ Milan, Inter u Napoli u nistennew li dan l-istaġun se jkun missielet bejn dawn it-tliet klabbs flimkien mat-tim tal-Juventus. Din is-sena il-Juventus mhux se jikkompetu fl-Ewropa u għalhekk jistgħu jikkonċentraw fuq il-kampjonat domestiku. Kulħadd jinsab kurjuż biex jara jekk dan it-tim hux se jkun kapaċi jilgħab futbol pożittiv wara li s-sena l-oħra kien hemm kritika ħarxa fuq il-mod kif dan l-istess tim jilgħab il-logħba.

Bħalissa, sorpriża negattiva huwa t-tim tal-Lazio li s-sena l-oħra spiċċaw fit-tieni post u dis-sena tilfu ż-żewġ logħbiet kontra avversarji li fuq il-karta jidhru huma batuti.

Sabiex ikollna stampa ċara ta’ fejn sejjer il-kampjonat, irridu nistennew imqar sa Jannar, però, il-klassifika diġà qiegħda tieħu l-forma tagħha u fi ftit ġimgħat oħra, jibdew il-konfronti diretti li jagħtu direzzjoni ċara ta’ fejn sejjer il-kampjonat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com