Ftit ġranet oħra se ssir ir-Regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja, eżattament fit-8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. Il-klabbs li se jipparteċipaw huma dawk ta’ Bormla, l-Isla, il-Birgu, il-Kalkara, il-Marsa, Valletta Marsamxett u s-Siġġiewi. Bħalissa, it-taħriġ u l-preparamenti għaddejjin ġmielhom u diversi dilettanti qegħdin jimlew il-Ponta tal-Isla u anka l-Belt. Hawnhekk, huma jsegwu t-taħriġ sabiex iżommu l-ħinijiet u jkollhom stampa aħjar ta’ min huma l-favoriti.
Matul din il-ġimgħa, aħna morna sal-Ponta tal-Isla u ntfajna mad-dilettanti li bdew isegwu b’tant attenzjoni. Kien hemm min kien armat bit-tromba, oħrajn bl-istopwatch u min lest biex jiġbed video bil-mobile sabiex jirraporta l-ħin lill-klabb .
Aħna ltqajna mad-dilettanti li bdew iżommu l-ħinjiet u għalhekk se nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-favoriti tal-kategorija Open skont dak li qalulna:
Tal-Midalji
Id-distrett ta’ Bormla għamel tibdiliet kbar f’din it-tiġrija u wara ħafna snin, f’din il-kategorija se jerġgħu jaqdfu l-leġġendi Dennis Thornton u Clive Casha magħrufa bħala Tal-Fjuri. Għalhekk, wara t-tiġrija ta’ Marzu, ħafna qegħdin jaħsbu li l-favoriti se jkunu d-distretti tal-Birgu u Bormla u warajhom ikun hemm l-Isla. Wieħed ma jridx jinsa lill-opra tal-Marsa li għal din il-kategorija tinsab armata sew ukoll u qed ikollha ħinijiet tajba.
Tal-Frejgatina
Għal din it-tiġrija, il-favoriti huma d-distrett tal-Isla segwiti minn dawk tal-Marsa. Kemm il-Birgu kif ukoll Bormla u l-Kalkara għamlu tibdil għal din il-kategorija u mistennija taqtigħa bilanċjata għall-palju tat-tielet post.
Ta bi’2
Il-kru leġġendarju ta’ Bormla mistenni jirbaħ din it-tiġrija, però, wieħed irid joqgħod attent mill-kru tal-Birgu li skont id-dilettanti, din id-darba, kapaċi joffru sfida tajba. Għat-tielet post mistenni jkun hemm taqtigħa bejn l-Isla u Marsamxett.
Kajjik
Jidher li din it-tiġrija se tkun l-aktar waħda bilanċjata fejn ir-rebbieħa ta’ Marzu li għadda, l-Isla, jibdew bħala l-favoriti, madankollu, mistennija sfida kbira mill-kruwijiet ta’ Bormla u l-Birgu li fl-aħħar edizzjoni ddominaw din il-kategorija. Wieħed irid joqgħod attent anka għall-Kalkara u l-Marsa.
Ta’ B4
Ħafna qegħdin jaħsbu li din se tkun it-tiġrija li se tiddeċiedi kollox. Bħalissa hemm tliet distretti li qegħdin jagħmlu l-istess ħinijet: il-Birgu, Bormla u l-Isla, b’dawn tal-aħħar qegħdin daqsxejn aħjar. Wieħed irid iżomm għajnejh fuq il-kru l-ġdid ta’ Marsamxett li jistgħu jidħlu u jerbħu l-palju faċilment.
Fuq kollox, mistennija Regatta bilanċjata bil-favoriti l-Isla, Bormla u l-Birgu. Bla dubju, nhar it-8 ta’ Settembru, il-Port il-Kbir se jkun imsebbaħ bil-kuluri tipiċi ta’ dawn id-distretti u mżewwaq bil-briju li jafu jagħmlu dawn il-partitarji.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.