Qatt smajt bix-sugar dating?
Serraħ moħħok, m’hemmx zokkor imdaħħal fl-istorja.
Sugar dating jirreferi għal meta raġel sinjur li għandu daqsxejn żmien (Sugar Daddy), ifittex lil xi ħadd iżgħar minnu fl-età (Sugar Baby) sabiex jibni relazzjoni u jħallsu b’diversi modi: permezz tal-flus; billi jixtri ħafna affarijiet tad-ditti; jakkomoda f’dak li jkun hemm bżonn finanzjarjament. Dan l-aħħar, dit-tip ta’ relazzjoni, qiegħda kulma jmur issir komuni u hemm ħafna flejjes involuti. Madankollu, min-naħa psikoloġika, għaliex jiġri dan kollu?
In-nies li huma sugar babies jiddejqu jaraw dan kollu bħala xogħol u minflok jistqarru li dan huwa sempliċiment l-istil tal-ħajja tagħhom. Kull relazzjoni hija differenti: hemm ċerta sugar daddies li kulma jridu huwa li joħorġu max-sugar babies għal naqra kumpanija u daqshekk iżda hemm min ikun irid kollox… u ifhimni 😉. Jeżistu wkoll ix-sugar mommas imma skont studji, dawn huma iżjed rari għaliex in-nisa ma tantx iħobbu jħallsu għas-sess. Ix-sugar daddies iħossu ċerta wens ma’ dawn in-nies iżgħar għaliex b’hekk, ma jħossuhomx fis-solitudni u jieħdu gost li qegħdin iħallsu lil dawn iż-żgħażagħ sabiex ikollhom futur aħjar. Mill-banda l-oħra, iż-żgħażagħ jagħmlu dan għall-flus għaliex jafu kemm ser jiggwadanjaw mas-sinjur.
Jeżistu diversi siti online sabiex wieħed japplika biex ikollu din it-tip ta’ relazzjoni. L-iktar sit popolari għal dan kollu huwa sugardaddy.com. Dan is-sit jieħu ħsieb li jivverifika kull membru li jidħol fih biex b’hekk, ma jkunx hemm perikli fir-relazzjonijiet. Fuq dan is-sit hemm madwar 10 miljun membru, l-iktar żgħażagħ li jfittxu lil xi raġel sinjur.
B’kollox hemm 13-il sit fejn wieħed jista’ jsib l-imħabba (jew speċita):
- com
- Secret Benefits
- SugarDaddyForMe
- SugarDaddyMeet
- Our Secret
- Ashley Madison
- Sugar Search
- What’s your Price
- Elite Singles
- Miss Travel
- Wealthy Men
- AgeMatch
- SugarBook
U inti, x’taħseb dwar dan kollu? Taħseb li huwa xogħol jew stil ta’ ħajja?