Qatt smajt bix-sugar dating?

 Qatt smajt bix-sugar dating?

Serraħ moħħok, m’hemmx zokkor imdaħħal fl-istorja.

 

Sugar dating jirreferi għal meta raġel sinjur li għandu daqsxejn żmien (Sugar Daddy), ifittex lil xi ħadd iżgħar minnu fl-età (Sugar Baby) sabiex jibni relazzjoni u jħallsu b’diversi modi: permezz tal-flus; billi jixtri ħafna affarijiet tad-ditti; jakkomoda f’dak li jkun hemm bżonn finanzjarjament. Dan l-aħħar, dit-tip ta’ relazzjoni, qiegħda kulma jmur issir komuni u hemm ħafna flejjes involuti. Madankollu, min-naħa psikoloġika, għaliex jiġri dan kollu?

 

In-nies li huma sugar babies jiddejqu jaraw dan kollu bħala xogħol u minflok jistqarru li dan huwa sempliċiment l-istil tal-ħajja tagħhom. Kull relazzjoni hija differenti: hemm ċerta sugar daddies li kulma jridu huwa li joħorġu max-sugar babies għal naqra kumpanija u daqshekk iżda hemm min ikun irid kollox… u ifhimni 😉.  Jeżistu wkoll ix-sugar mommas imma skont studji, dawn huma iżjed rari għaliex in-nisa ma tantx iħobbu jħallsu għas-sess. Ix-sugar daddies iħossu ċerta wens ma’ dawn in-nies iżgħar għaliex b’hekk, ma jħossuhomx fis-solitudni u jieħdu gost li qegħdin iħallsu lil dawn iż-żgħażagħ sabiex ikollhom futur aħjar. Mill-banda l-oħra, iż-żgħażagħ jagħmlu dan għall-flus għaliex jafu kemm ser jiggwadanjaw mas-sinjur.

 

Jeżistu diversi siti online sabiex wieħed japplika biex ikollu din it-tip ta’ relazzjoni. L-iktar sit popolari għal dan kollu huwa sugardaddy.com. Dan is-sit jieħu ħsieb li jivverifika kull membru li jidħol fih biex b’hekk, ma jkunx hemm perikli fir-relazzjonijiet. Fuq dan is-sit hemm madwar 10 miljun membru, l-iktar żgħażagħ li jfittxu lil xi raġel sinjur.

B’kollox hemm 13-il sit fejn wieħed jista’ jsib l-imħabba (jew speċita):

  1. com
  2. Secret Benefits
  3. SugarDaddyForMe
  4. SugarDaddyMeet
  5. Our Secret
  6. Ashley Madison
  7. Sugar Search
  8. What’s your Price
  9. Elite Singles
  10. Miss Travel
  11. Wealthy Men
  12. AgeMatch
  13. SugarBook

 

U inti, x’taħseb dwar dan kollu? Taħseb li huwa xogħol jew stil ta’ ħajja?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com