Tajjeb li tixrob l-ilma qabel torqod?
Skont ix-xjentisti jgħidu li jekk tixrob ftit ilma qabel torqod ġismek ikollu biżżejjed ilma biex iżomm it-temperatura stabbli matul il-lejl u dan ifisser li torqod aħjar. Fl-istess ħin jekk tixrob l-ilma qabel torqod iżommok hydrated u jgħin jikkumpensa l-likwidi li nkunu tlifna matul il-ġurnata kif ukoll jgħin biex l-għada tqum hydrated.
Jekk tixrob iktar milli suppost imma jista’ jkun li tispiċċa minfuħ bl-ilma, u ma jħallikx torqod komdu. Ħafna ilma jista’ jġiegħlek tqum tagħmel toilet ħafna drabi matul il-lejl. Issa l-mistoqsija hi; kemm suppost nixrob mela? Naħseb li din l-ebda xjentist mhu se jirrispondik fuqha, l-aħjar li tipprova kull filgħaxija sakemm issib il-bilanċ tajjeb għalik.