Għada filgħodu nkunu nafu min se jkunu l-isfidanti tal-Ħamrun għar-rebħ tal-kampjonat

 Għada filgħodu nkunu nafu min se jkunu l-isfidanti tal-Ħamrun għar-rebħ tal-kampjonat

Għada filgħodu jintlagħbu l-aħħar logħob tal-BOV Premier League qabel il-waqfa għal-logħbiet tan-Nazzjonal fejn se jintlagħbu 5 logħbiet bl-ewwel waħda tintlagħab fil-11 ta’ filgħodu.

Balzan jiltaqgħu kontra Floriana f’logħba li mistennija tkun waħda missielta bejn żewġ timijiet li huma meqjusa bħala sfidanti ewlenin ta’ Ħamrun Spartans. Naxxar u St Lucija jilagħbu konfront dirett taż-żona tar-Relegazzjoni b’Santa Luċija mistennija jiksbu l-ewwel punti tal-istaġun. Marsaxlokk kontra Sliema u Gudja kontra Gżira jkunu żewġ logħbiet oħra bilanċjati fejn Marsaxlokk u Gżira jibdew bħala favoriti għar-rebħ tat-3 punti.

L-aħħar konfront ikun bejn Ħamrun u Sirens fejn il-leaders Ħamrun Spartans mhux mistenniija jkollhom diffikultà biex jiksbu punti massimi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com