Għaliex huwa importanti li toħroġ mixja l-kelb?
Kemm-il darba kuljum għandek tmexxi kelb?
L-idejali hu bejn 3 – 4 darbiet kuljum għal mill-inqas 15-il minuta. Il-biċċa l-kbira tal-klieb b’saħħithom jeħtieġu bejn 30 minuta sa sagħtejn ta ‘mixi kuljum. Pero jekk il-kelb attiv ħafna jista’ jkollu bżonn aktar.
Interessanti wkoll tkunu tafu li bħall-bnedmin, il-klieb jistgħu jiddejqu repetizzjoni ta’ l-istess mixja kuljum. U bħan-nies iħobbu wkoll jesperjenzaw postijiet u veduti ġodda!
Għaliex huwa importanti li toħroġ il-kelb?
L-eżerċizzju huwa essenzjali għall-klieb kollha. Jgħinhom fiżikament, kif ukoll huwa importanti għas-saħħa mentali tagħhom. Nuqqas ta’ eżerċizzju jista jikkawża problemi ta’ saħħa bħall-obeżità, kif ukoll jista’ jwassal għal problemi fl-imġieba.
Mandankollu, billi taqbeż xi mixja l’hawn u l’hemm tinkwetax, ma tkunx qed tagħmel ħazin.