Għaliex huwa importanti li toħroġ mixja l-kelb?

 Għaliex huwa importanti li toħroġ mixja l-kelb?

Kemm-il darba kuljum għandek tmexxi kelb?

L-idejali hu bejn 3 – 4 darbiet kuljum għal mill-inqas 15-il minuta. Il-biċċa l-kbira tal-klieb b’saħħithom jeħtieġu bejn 30 minuta sa sagħtejn ta ‘mixi kuljum. Pero jekk il-kelb attiv ħafna jista’ jkollu bżonn aktar.

Interessanti wkoll tkunu tafu li bħall-bnedmin, il-klieb jistgħu jiddejqu repetizzjoni ta’ l-istess mixja kuljum. U bħan-nies iħobbu wkoll  jesperjenzaw postijiet  u veduti ġodda!

Għaliex huwa importanti li toħroġ il-kelb?

L-eżerċizzju huwa essenzjali għall-klieb kollha. Jgħinhom fiżikament, kif ukoll huwa importanti għas-saħħa mentali tagħhom. Nuqqas ta’ eżerċizzju jista jikkawża problemi ta’ saħħa bħall-obeżità, kif ukoll jista’ jwassal għal problemi fl-imġieba.

Mandankollu, billi taqbeż xi mixja l’hawn u l’hemm tinkwetax, ma tkunx qed tagħmel ħazin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com