Għaliex niċċelebraw din il-festa?

Jum il-Vitorja huwa jum pubbliku li tiġi ċċelebrata f’Malta proprju llum.
Din il-festa tiġi ċċelebrata għaliex tfakkar il-ġrajja ta’ żewġ assedji li seħħew f’Malta.
Din il-ġurnata tikkommemora t-twelid tal-Verġni Marija, magħrufa bħala l-Bambina. Din tiġi ċċelebrata fl-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra. Matul il-ġurnata tal-lum, issir ukoll ir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, bil-klabb rebbieħ jieħu x-shield.
Matul dan il-jum isiru diversi avvenimenti oħra. Fosthom il-parata mill-Forzi Armati ta’ Malta, il-quddiesa pontifikali u titqiegħed ukoll kuruna fuq il-Monument tal-Assejdu l-Kbir.