Ikompli l-Premier Division, Floriana kontra Birkirkara l-logħba tal-weekend

 Ikompli l-Premier Division, Floriana kontra Birkirkara l-logħba tal-weekend

Dan il-weekend jirritorna l-Premier Malti fejn illum Sirens u Mosta jilagħbu f’konfront dirett bejn żewġ timijiet li mistennija jissieltu kontra r-relegazzjoni. Mosta fl-ewwel konfront kisbu punt kontra Gudja filwaqt li Sirens tilfu kontra Valletta. Ta’ min wieħed ifakkar li dan l-istaġun 4 timijiet se jkunu relegati mill-Premier għaċ-Challenge League. 

Għada l-kampjonat Premier ikompli b’erba’ logħbiet interessanti meta Floriana u Birkirkara jiltaqgħu fil-logħba tal-weekend. Iż-żewġ timijiet bdew l-istaġun tagħhom b’rebħa għalhekk rebħa għada tkun turija tal-intenzjoni tagħhom għal dan l-istaġun. 

Logħba oħra tkun bejn Hibernians u Santa Luċija, f’logħba li fuq il-karta tidher waħda faċli għal Hibernians, però qed nipprevedu konfront bilanċjat bejn dawn iż-żewġ timijiet. 

It-tielet logħba tkun dik bejn Balzan u Gżira, żewġ timijiet li tilfu l-ewwel logħba tagħhom u għalhekk se jkun konfront delikat għaż-żewġ timijiet biex ma jinqatgħux min-naħa ta’ fuq tal-klassifika. 

L-aħħar logħba tkun dik bejn Ħamrun u Naxxar, fejn Ħamrun mistennija jiksbu t-3 punti mingħajr wisq tbatija.

It-tieni ġurnata tkun magħluqa bil-logħob tal-Ħadd meta Valletta jilagħbu kontra Sliema u Gudja kontra Marsaxlokk. Żewġ logħbiet li mistennija jkunu bilanċjati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com