Il-ġenituri qed jagħtu eżempju tajjeb lil uliedhom fuq il-midja soċjali?

 Il-ġenituri qed jagħtu eżempju tajjeb lil uliedhom fuq il-midja soċjali?

Illum il-midja soċjali poġġiet lil kulħadd ġo vetrina, fejn kulħadd għandu aċċess jara u jissindika lil dak li jkun. Iktar ma tpoġġi ritratti iktar se jarawk nies u jkunu jafu x’qed tagħmel. U meta xi kultant nara ċerti posts, ritratti jew vidjows ta’ ġenituri, bla ma rrid ngħid bejni u bejn ruħi, imma t-tfal x’eżempju se jieħdu? Ngħidu jien, dak li poġġa fuq Tik Tok vidjow tiegħu għaddej sparat bil-karozza fi triq, xħin it-tifel tiegħu se jara dan il-vidjow x’eżempju se jkun ħa? Jew dik it-tfajla li forsi poġġiet xi ritratt mhux diċenti ħasbet li wliedha se jmorru l-iskola u anke tfal oħra jkunu raw dak ir-ritratt? Ma taħsibx li jista’ jkun il-każ li t-tfal tiegħek hemm possibbiltà jiġu bullied minħabba ċerti ritratti? U każi bħal dawn hemm ħafna u nistgħu nagħmlu sa għada nsemmu.

Xi kultant niskandalizzaw bl-attitudni u mġiba ta’ ċerti żgħażagħ però ġieli staqsejna minn fejn qed jieħdu jew ħadu eżempju dawn iż-żgħażagħ? Xi kultant tara vidjows u ritratti ta’ adoloxxenti u tieħu xokk. Il-ġenituri qed jagħtu eżempju tajjeb? Kemm il-ġenituri l-ġodda tal-lum qed juru lil uliedhom liema hija l-imġiba biex tkun ċittadin tajjeb? Fejn sejrin bħala soċjetà? X’sinjali l-ġenituri qed jibagħtu lil uliedhom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com