Il-Kaloriji

 Il-Kaloriji

Meta tibda l-vjaġġ tiegħek sabiex tonqos mill-piż, kun af li fil-bidu ser tiltaqa’ ma’ diversi sfidi. L-ewwel ma trid tagħmel huwa li twaqqaf mit-tnaqqir sabiex finalment issib strateġiji differenti biex tnaqqas ftit piż kull darba. Apparti li hawn diversi affarijiet x’tista tagħmel sabiex tnaqqas mill-piż, l-iktar mod effettiv huwa li tgħodd kemm qed tieħu kaloriji kuljum. F’dan l-artiklu ser infanndu daqsxejn dwar l-importanza tal-għadd tal-kaloriji speċjalment għal dawk li l-ġuħ jibqa’ xi ħaġa persistenti. Apparti dan, ser naraw daqsxejn is-supplimenti li jeżistu sabiex jitnaqqas it-tnaqqir u l-istonku jinħass mimli. Dan kollu jwassal sabiex ikollok vjaġġ effettiv fit-tul.

 

Il-kaloriji huma l-enerġija li jkollu bżonn il-ġisem u t-tnaqqis mill-piż jistrieħ fuq il-fatt li wieħed irid juża iktar kaloriji milli jikkonsma. L-għadd tal-kaloriji jgħin sabiex iżżomm rendikont biex b’hekk issib il-bilanċ u fl-istess waqt, tkun infurmat dwar l-enerġija li l-ġisem qiegħed jikkonsma. L-istudji xjentifiċi kollha jisħqu dwar l-importanza li wieħed iżomm rendikont ta’ kemm qed jieħu kaloriji għaliex jemmnu bi sħiħ li l-importanti huwa li mhux kemm wieħed jiekol imma kemm qegħdin jidħlu kaloriji fil-ġisem.

Għal ħafna, l-ikbar sfida sabiex tonqos huwa t-tnaqqir jew il-bżonn li tiekol frekwentament. Uħud isibuha diffiċli li jinfaqgħu, anki jekk ikunu kielu ikla tajba. Għalhekk huwa importanti li tgħodd il-kaloriji għaliex tkun taf eżatt il-porzjon ta’ kemm għandek tiekol u b’hekk, il-ġisem ikun qed jieħu l-ammont mistħoqq. Finalment, dan iwassal sabiex taħraq iktar kaloriji minn dak li qiegħed iddaħħal. Madankollu, jekk il-ġuħ jippersisti, jeżistu xi supplimenti. Dawn jgħinu sabiex jitnaqqas it-tnaqqir u għalhekk, tkun tista’ timxi eżatt mal-kaloriji li tipprovdi d-dieta u tilħaq l-għanijiet imfassla. Barra minn hekk, hawn minnhom li jkunu jaffettwaw l-ormoni li jirregolaw l-aptit tal-bniedem.

 

Għalkemm l-għadd tal-kaloriji u s-supplimenti varji jaffettwaw bil-kbir is-sitwazzjoni tal-ġuħ u l-aptit, li tiekol ikel b’ħafna nutrijenti huwa importanti wkoll.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com