Illum jibda l-Kampjonat Premier. Awguri lil kulħadd!

 Illum jibda l-Kampjonat Premier. Awguri lil kulħadd!

Illum jibda uffiċjalment il-Kampjonat Premier fejn Marsaxlokk jilagħbu kontra l-promossi Naxxar Lions ġewwa l-ground taċ-ċentinarju. Għada mbagħad ikollna żewġ logħbiet li mistennija jkunu missielta fejn il-favoriti Ħamrun jilagħbu kontra Balzan filwaqt li Gżira jilagħbu kontra Hibernians.

Wara dak li rajna s-sena l-oħra u dak li ġara fil-kampanja tal-Ewropa wieħed jistenna li ċ-Champions Ħamrun Spartans jibdew bħala favoriti nett għall-unuri ta’ din is-sena, però wieħed ma jridx iwarrab il-potenzjal ta’ Birkirkara u Balzan fost l-oħrajn.

Il-logħob kollu tal-weekend huwa dan:

Marsaxlokk v Naxxar

Ħamrun v Balzan

Gżira v Hibernians

Birkirkara v Sliema

Santa Lucija v Floriana

Valletta v Sirens

Mosta v Gudja

Il-kampjonat it-tajjeb lil kulħadd!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com