Jekk torqod b’xagħrek imxarrba…
Meta taħsel xagħrek filgħaxija fit-tard, l-inqas ħaġa li jkollok aptit huwa li tnixxef xagħrek u tispiċċa torqod b’xagħrek imxarrba.
Imma daqshekk ħażin?
Iva u jekk tgħid lil tax-xagħar li tagħmel hekk ma tantx jieħdu gost.
Meta torqod b’xagħrek imxarrba:
1. Ix-xagħar ma jibqax b’saħħtu, isir qisu lastiku, vulnerabbli u tissogra li jibda jitqaċċat.
2. Toħloq problemi fil-qurriegħa, bħal infezzjoni u ħakk
3. Tissogra li jitilgħu l-ponot
4. Ma tantx ikollok dehra sabiħa ta’ xagħrek u tispiċċa tirrikorri għal straightners li jikkawżaw iżjed ħsara