Trabbiet fil-post li llum għandu fama kbira, li tkun f’Malta u f’Għawdex kważi ċerta li ismu ħareġ minn fomm kulħadd, il-Maxokk Bakery.
Morna s’Għawdex fejn iltqajna ma’ Bernadette Gatt, fil-Maxokk Bakery, il-post tan-nanniet tagħha. Tgħidilna li t-tradizzjoni tal-Maxokk Bakery bdiet ħafna qabel.
“Minn żmien il-bużnanna tiegħi u t-tradizzjoni baqgħet tintiret. Kemm jista’ jkun nipprovaw inżommu t-tradizzjoni oriġinali u ħajja. L-għaġina għadna naħdmuha bl-idejn. Fiha t-tbatija imma nħossu d-differenza bejn oġġett li jsir bil-mekkanarju u oġġett li jsir bl-idejn. Il-moderniżmu ma ħallejniehx joqtol dik ix-xi ħaġa li bdew il-bużnanniet tiegħi.”
Bernadette hi għalliema wkoll.
“Inħobb nistudja wkoll. Illum il-ġurnata jiena għalliema imma xorta bqajt niġi nagħti daqqa t’id lil ommi. Għandi żewġt itfal u nġibhom miegħi għax nixtieq li t-tradizzjoni tibqa’.”
Ara l-intervista sħiħa: