Kemm ser ikollok kumpens jekk kellek qtugħ tad-dawl lura f’Lulju waqt il-mewġa ta’ sħana?
![Kemm ser ikollok kumpens jekk kellek qtugħ tad-dawl lura f’Lulju waqt il-mewġa ta’ sħana?](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/09/Web_Banner_1-6-850x560.jpg)
Kellek interruzzjonijiet fl-elettriku lura f’Lulju waqt il-mewġa ta’ sħana? Kellek problemi bl-appliances jew kellek tarmi ħafna mill-ikel tiegħek minħabba dan? Id-djar u dawk in-negozji effettwati qed jiġu kkumpensati b’pagamenti sa €110.
Biss dawk li ha jiġu kkumpensati huma dawk li kellhom il-qtugħ tad-dawl bejn is-17 ta’ Lulju sas-27 ta’ Lulju. Int jew xi ħadd qrib tiegħek, kontu effettwati?