Malta titlef kontra l-Maċedonja ta’ Fuq

 Malta titlef kontra l-Maċedonja ta’ Fuq

Ġewwa l-ground nazzjonali ta’ Ta Qali Malta lbieraħ sfat megħluba mill-Maċedonja ta’ Fuq bl-iskor ta’ 2-0. Kienet rebħa komda għall-Macedonja fejn skurjaw żewġ gowls fl-ewwel taqsima u kkontrollaw il-kumplament tal-logħba.

Għalkemm il-Maltin ma lagħbux ħażin u ħafna ħin kellhom il-pussess tal-ballun dan ir-riżultat ifisser li huwa diffiċli ferm li Malta tikseb xi punti f’dan il-grupp tal-ħadid. Tajjeb infakkru li ftit jiem ilu l-istess Maċedonja żammew fi draw lill-qawwa Taljana li lbieraħ rebħu lill-Ukranja.

Il-logħba li jmiss tkun dik tax-xahar id-dieħel meta ġo Bari Malta tilgħab kontra l-Italja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com