Sinjali fiżiċi u sintomi ta’ l-anzjetà
L-anzjetá hija sintomu li jista’ jesperjenza kulħadd, tiġi anke deskritta b’termini bħal: tensjoni, nervi, u inkwiet. Dawn s-sintomi jkunu severi u jinterferixxu max-xogħol jew ir-relazzjonijiet tal-persuna.
Sinjali fiżiċi u sintomi ta’ l-anzjetà jinkludu:
- Uġigħ fis-sider, taħbit mgħaġġel tal-qalb, u ħmura fil-wiċċ.
- Qtugħ ta’ nifs.
- Sturdament, uġigħ ta’ ras, għaraq, tnemnim.
- Sensazzjoni li wieħed qed jivga, ħalq niexef, uġigħ fl-istonku, dardir, rimettar, u dijarea.
- Uġigħ fil-muskoli (speċjalment fl-għonq, fl-ispallejn, u d-dahar), nuqqas ta’ kwiet fil-ġisem, u rogħda.
- Sintomi psikoloġiċi: L-anzjetà timmanifesta ruħha wkoll f’sinjali u sintomi psikoloġiċi bħal biża’ eċċessiva jew mhux realistika u l-inkwiet (dwar il-passat u dwar avvenimenti fil-futur), meta il- moħħ jibda jiġri bil-persuna jew jinsa kollox, nuqqas ta’ konċentrazzjoni u fil-kapaċitajiet tal-memorja, indeċiżjoni, irritabbiltà, nuqqas ta’ paċenzja, rabja, konfużjoni, disturbi fl-irqad, u ħolm ċar ħafna.
- L-ansjetà ġġib magħha bidliet fl-imġiba, bħal li wieħed jevita s-sitwazzjonijiet, imġiba ossessiva jew kompulsiva, tensjoni f’sitwazzjonijiet soċjali, jew zieda fl-użu tal-alkoħol u d-drogi
Importanti li tfittext l-għajnuna u titkellem dwar dak li tkun qed tħoss u li tkun għaddej minnu.
Sors: https://www.richmond.org.mt/