Tkompli ċ-Champions League. Spettaklu bejn Bayern Munich u Manchester United

 Tkompli ċ-Champions League. Spettaklu bejn Bayern Munich u Manchester United

L-Erbgħa filgħaxija kompliet iċ-Champions League fejn kellna lill-finalisti tas-sena l-oħra Inter jiksbu draw barra minn darhom kontra Real Sociedad ta’ 1-1 f’logħa li għal ħafna ħin kienet indirizzata favur lejn l-Ispanjoli. 

Fil-logħba tal-ġurnata kellna spettaklu ta’ goals meta Bayern Munch għelbu lill-Manchester United bl-iskor ta’ 4-3. 

F’żewġ logħbiet ta’ grupp Ċ Napoli u Real Madrid daħqitilhom il-fortuna fejn fl-aħħar minuti tal-logħba skurjaw il-goals deċiżivi biex ħadu 3 punti fuq SC Braga u Union Berlin rispettivament. 

Il-kumplament tal-logħob kienu dawn 

Galatasaray v FC Copenhagen 2 2

Arsenal v PSV 4 0

Seville vs Lens 1 1

Benfica v Salsburg 0 2

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com